Is-Sezzjoni Żgħażagħ fi hdan din l-għaqda rat il-bidu tagħha fis-sena 2007. Fis-sena 2011 din is-sezzjoni rat rifforma fl-istruttura tagħha iżda minkejja dan l-għan ewlieni kien dejjem dak li tkun parti mill-organizzjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Fgura. Preżentament il-grupp jinkludi fih numru ta żgħażagħ li jaħdmu bla hedda f' ħidma soċjali bħal attivitajiet u ħidma manwali matul is-se
na kollha b' kontribut fil-kommunita' parrokkjali u lokali. Matul is-snin wettaqna progress kbir, izda llum iktar min qatt qabel ninsabu determinati sabiex inkomplu naħdmu b' iktar kreattivita u innovazzjoni sabiex flimkien nirnexxu. Nemmnu illi b' sempliċiment daqxejn ħegga li twassal għal iktar innizzjattiva kapaci twassal għal xogħol aħjar biex flimkien bħala tim wieħed nilħqu l-ambizzjonijiet tagħna, billi nkattru t-triq tas-suċċess, iżda fuq kollox il-mira tagħna, il-moto, "Together... One Dream!"